|
ħareġ il-ktieb
Kieku l-ikel
jitkellem
dak li
nipproduċu ma nikkunsmahx; dak li nikkunsmaw ma nipproduċuhx
Fid-9
ta' Mejju Inizjamed ippubblikat il-ktieb ta' kitbiet letterarji u analitiċi,
Kieku l-ikel jitkellem bħala parti mill-proġett tal-Koperattiva
Kummerċ Ġust dwar is-sovranità
tal-ikel.
-
138 paġna
-
36 awtur u awtriċi minn oqsma differenti
tal-ħajja u b'varjeta' ta' ġeneri madwar tema waħda
-
editur Adrian Grima
-
disinn tal-qoxra Jonathan Grima
-
jinbiegħ €8
-
taqrah f'nifs (twil)
Il-kontributuri jinkludu
awturi magħrufin, bdiewa, soċjoloġi, politiċi, attivisti, paċifisti,
edukaturi, ġurnalisti... Il-kitbiet huma bil-Malti, għajr għal tnejn
bit-Taljan u waħda bil-Qormi...
L-istorja tal-ikel ftit li xejn tirrispetta d-drittijiet, il-ħiliet,
it-tradizzjonijiet, il-kultura u fuq kollox id-dinjità tal-produtturi
fil-pajjiżi l-fqar. Iżda dan ma jfissirx li m’hemmx tama, li m’hawnx min qed
jikkumbatti l-mewġ tal- inġustizzja u l-isfruttament li jeżisti fis-sistema
globali tas-suq hekk imsejjaħ “ħieles;” ma jfissirx li m’hemmx
soluzzjonijiet.
Angele Deguara
il-kittieba
kollha
John Axiak, Evarist Bartolo, Rebecca
Borg, Michael Briguglio, Norbert Bugeja, Carmel Cacopardo, Glen Calleja,
Mario Cardona, Antoine Cassar, Carmel Cassar, Priscilla Cassar, Bernard
Cauchi, Angele Deguara, Annalise Falzon, Riccardo Franciolini, Joe Galea,
Martin Galea De Giovanni, Ian Grech, Michael Grech, William Grech, Maria
Grech Ganado, Adrian Grima, Simone Inguanez, Pierre J. Mejlak, Caldon
Mercieca, Immanuel Mifsud, Virginia Monteforte, Walid Nabhan, Christine
Said, Rita Saliba, Joseph Schembri, Karl Schembri, Joseph Sciberras, Anna
Zammit, Bianca Zammit
Għal aktar tagħrif ara:
www.l-ikel.org – www.inizjamed.org – www.l-arka.org
Ħiereġ il-ktieb Kieku l-Ikel Jitkellem
 |
|
Adrian Grima jippreżenta
l-ktieb Kieku l-Ikel Jitkellem lill-
Prim Ministru Laurence Gonzi u
s-Sinjura Gonzi waqt WorldFest 09 |
Fil-kunċert li se jsir waqt il-festival
tal-Kummerċ Ġust WorldFest, nhar is-Sibt, 9 ta’ Mejju, fit-8.00pm fi Ġnien
l-Indipendenza (l-Exiles), Tas-Sliema, se jitnieda ktieb ġdid, editjat minn
Adrian Grima u ppubblikat minn Inizjamed, b’xogħlijiet letterarji u
analitiċi dwar l-ikel minn perspettiva lokali u globali. Il-qoxra tal-ktieb
ġiet iddisinjata minn Jonathan Grima. Dan il-festival qed torganizzah
il-Koperattiva Kummerċ Ġust (KKĠ) bis-sehem ta’ bosta għaqdiet u bl-għajnuna
tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema u l-Unjoni Ewropea.
Il-ktieb se jiffoka fuq id-dritt għall-ikel;
il-biedja organika lokali; id-drittijiet tal-ħaddiema fl-industrija tal-ikel
u d-drittijiet tal-konsumaturi; il-produzzjoni agrikola għall-ġenerazzjoni
tal-enerġija minflok għall-ikel; l-obeżità u l-edukazzjoni; u
t-tradizzjonijiet Maltin marbutin mal-ikel.
L-awturi mill-ġenerazzjoni l-ġdida tal-letteratura
Maltija li l-poeżiji u n-novelli tagħhom se jidhru f’Kieku l-Ikel
Jitkellem huma Norbert Bugeja, Glen Calleja, Mario Cardona, Antoine
Cassar, Priscilla Cassar, Bernard Cauchi, Annalise Falzon, Ian Grech, Maria
Grech Ganado, Simone Inguanez, Pierre J. Mejlaq, Caldon Mercieca, Immanuel
Mifsud, Walid Nabhan, Rita Saliba, u Karl Schembri.
Fil-ktieb se jkun hemm ukoll il-kitbiet tal-bdiewa
Joe Galea u Joseph Sciberras; tal-politiċi Evarist Bartolo, Michael
Briguglio u Carmel Cacopardo; l-attivisti u edukaturi John Axiak, Rebecca
Borg, Martin Galea De Giovanni, William Grech, Christine Said, Joseph
Schembri; Bianca Zammit; is-soċjoloġi Angele Deguara u Anna Zammit;
il-filosfu Michael Grech; il-professur tal-istorja Carmel Cassar; u
l-antropologa Taljana Virginia Monteforte.
Il-kunċert li fih uħud mill-awtur se jaqraw
xogħlijiet minn dan il-ktieb, akkumpanjati mill-mużiċisti Antoine Vella u
Danjeli, jibda fit-8.00pm. Fil-kunċert se jieħu sehem ukoll il-poeta
Amerikan, li jgħix fl-Irlanda ta’ Fuq, Chris Agee. L-iktar ktieb riċenti ta’
Agee huwa Next to Nothing li ħareġ iktar kmien din is-sena
fl-Ingilterra. Chris Agee huwa wkoll l-editur tar-rivista letterarja
importanti Irish Pages u tal-ġabra Scar on the Stone: Contemporary
Poetry from Bosnia (Bloodaxe, 1998).
Waqt il-WorldFest tal-2007 Immanuel Mifsud u
Adrian Grima, flimkien ma’ bosta kontributuri oħrajn, kienu ppubblikaw
il-ktieb Riħ min-Nofsinhar (Skarta, 2008), dwar it-tibdil mill-klima,
u fl-istess festival tal-2006 kien ħareġ Tibża’ Xejn Jekk Tibda x-Xita
(Skarta, 2006), dwar ix-xogħol, il-Kummerċ Ġust u d-drittijiet tat-tfal.
Għal aktar tagħrif dwar il-ktieb Kieku l-Ikel
Jitkellem u l-WorldFest ara www.l-ikel.org u www.inizjamed.org.
Adrian
Grima
It-2 ta' Mejju 2009
|